MALTARTI jżur il-wirja ta’ Darren Tanti, Inaction is a Weapon of Mass Destruction, li qed tittella’ fi ħdan Spazju Kreattiv u l-Kamra ta’ Fuq.

MALTARTI pays a visit to, Inaction is a Weapon of Mass Destruction, an exhibition by Darren Tanti at ‘Spazju Kreattiv’ and ‘Il-Kamra ta’ Fuq’

Kwistjoni verbali bejn Kim Jong Un u Donald Trump erba’ snin ilu, fost affarijiet oħra, ispirat lill-artist Darren Tanti biex jaħdem fuq pitturi u skulturi li jirriflettu fuq kif il-midja u partikolarment il-midja soċjali jirrapportaw u jinfluwenzaw l-opinjoni tagħna dwar kunflitti u gwerer. Dawn ix-xogħlijiet qed jintwerew fil-wirja Inaction is a Weapon of Mass Destruction li qed tittella’ simultanjament fi Spazju Kreattiv u l-Kamra ta’ Fuq.

A verbal disagreement between Kim Jong and Donald Trump that happened four years ago, among other things, inspired artist Darren Tanti to create paintings and sculptures that reflect the way the media, social media in particular, report and influence our opinions on conflicts and wars. These works are featured in the exhibition Inaction is a Weapon of Mass Destruction that is being put up simultaneously at Spazju Kreattiv and ‘Il-Kamra ta’ Fuq’