F’MALTARTI se nwasslulkom tagħrif dwar wirja li ttellgħet fil-Kamra ta’ Fuq bi tliet artisti li l-medium tagħhom hija l-ħjata.

In MALTARTI we’re sharing information about an exhibition which was held in Il-Kamra ta’ Fuq presenting works by three artists whose medium is thread.

Thread kienet il-ħajta komuni bejn l-erba’ ħitan tal-Kamra ta’ Fuq, fejn ittellgħet wirja kollettiva bl-artisti Ebru Çinar, Stefan Spiteri, u Bernice Vassallo, artisti li minflok il-medium taż-żebgħa, jużaw dak tal-ħjut.

Thread was the common denominator between the four walls of Il-Kamra ta’ Fuq, for a collective exhibition with works by artists Ebru Çinar, Stefan Spiteri, and Bernice Vassallo, artists that used thread instead of paint.