F’MALTARTI se nagħtu ħarsa lejn pubblikazzjonijiet ġodda u lejn il-kontribut tal-kittieba u tal-pubblikaturi lill-kultura lokali.

During MALTARTI we will look into new publications and what writers and publishers contribute to our local culture.

L-istejjer, il-poeżiji, u l-kotba tagħna huma parti importanti mill-identità u mill-wirt li nħallu warajna; għaldaqstant, il-pubblikazzjoni ta’ kotba ġodda hija okkażjoni ta’ ċelebrazzjoni mhux biss għall-kittieba u għall-pubblikaturi imma wkoll għal kull min għandu ’l pajjiżu għal qalbu.

Our stories, poems and books are part of our identity and legacy; therefore the publication of new books is a celebrated occasion not only for the writers and publishers but for all those who keep their home country close to their hearts.